Feeds:
Posts
Comments

Archive for September, 2014

Il-Ghanja tas-Seba’ Gherien – The tale of the Seven Caves

The following is a Maltese ‘Poema’ written by Dr George Zammit. In commemoration of the 57th year that this Maltese ‘Poema’ was written I was granted permission by his family to represent ‘Il-Ghanja tas-Seba’ Gherien’ in this blog. George Zammit is well known for other poems such as “Il-Ghanja tas-Seba’ Nicec” and “Ir-Rubajjat ta’Omar Khajjam”. There is something primordial deep within the human psyche which whispers and finds form only in subterranean places especially in caves. “Il-Ghanja tas-Seba’ Gherien – The tale of the Seven Caves” is a Maltese poet’s journey, or rather a visit of Maltese caves having their own historical links and meanings. The poet admits that many other caves could have been included, I could think of Ghar Dalam, the cave beneath St Dominic’s Church in Rabat, l-Ghar ta’ l-Isperanza in Mosta, Our Lady’s Cave in Mellieha, and other caves off limits of Imgarr used by the early proto-Christians. However, the poet wished to include only two caves with a religious connotation. Interestingly, included amongst the 7 caves is a reference to a cave pertaining to ‘mythical history.’ This is Calypso’s Cave. The poet wishes to place it in Malta rather than in Gozo. This should not be a problem once the poet has identified such with Homer’s Calypso’s Cave, though I am quite intrigued how Homer – a blind poet – came to know of the existence of such caves on Islands far away from his own Country. Did he catch word about these from some ancient Greek mariner or maybe visiting the Islands in his youth was caught up himself and kept here by some local beauty? If Homer’s Calypso entertained, Hasan’s Maltija was harassed and had an untimely death. Anyhow, here below I am also attaching links to other tales which I find quite particularly sobering.
The Cave of Treasures –

http://www.sacred-texts.com/bib/fbe/fbe005.htm

and

http://www.sacred-texts.com/bib/fbe/fbe085.htm

Dahla tal-Poeta – Poet’s Intro.
Il-Ghanja tas-Seba’ Gherien
Lil kull min, bhali, ihobb u jghozz il-gieh tal-Gzejjer taghna.
Il-Ghanja tas-Seba’ Gherien ghandha titqies bhala tewmija mal-Ghanja tas-Seba’ icec. Fin-“Nicec” ir-ruh soghbiena ssib il-farag u t-tama; fl-“Gherien” il-qalb Maltija ssib x’iheggigha ghall-imhabba lejn artna biex il-Maltin ikunu jistghu jharsu lejn iz-zmien li gej bhala zmien ta gid u gieh, izda dejjem imsejjes fuq dak li missirijietna bnewlna bil-prezz ta’dmugh, xoghol, ghaqal, imhabba, tjubija u demm.
F’kull zmien Malta kellha wlied qalbiena. Izda f’kull zmien sabet min iweggghalha ‘l qalbha.
Ghalhekk seba’ gerhiet, seba’ gherien, seba’ zjarat.
Fuq l-ghazla li ghamilt tal-Gherien forsi xi hadd jghid li stajt dahhalt gherien bhal ma huma l-Ghar tal-Madonna tal-Mellieha, u l-Grotta tar-Rabat. Izda dan ma stajtx naghmlu: l-ewwel minhabba n-numru ta’sebgha, li jorbtok sewwa; imbaghad ghax ma ridtx indahhal aktar minn ghar wiehed ta’ tifsir religjuz ghal kull wahda miz-zewg gzejjer taghna – San Brinkat ghal Malta, u San Frangisk ghal Ghawdex; billi dan il-poema huwa aktarx patrijottiku milli religjuz.
Ebda movement politiku m’ghandi f’rasi f’dawn il-versi. Inhobb minn qiegh qalbi lil kull min habb jew ihobb lil din artna kif habbewha u ghozzewha u mietu ghaliha missirijietna. Din l-imhabba nixtieqha titnissel fil-qlub ta’ l-ulied kollha ta’ dawn il-gzejjer.
Biex Malta zzomm il-post ta’gieh li dejjem kellha; maqtugha mill-Kontinent, izda tarka tieghu kif uriet l-istorja mill-ibghad zminijiet sa zmienna; zghira izda kbira fil-qlubija ta’wliedha; fqira ghax imcahhda minn gid li n-Natura tefghet fuq artijiet ohra, izda mhix tallaba; (le tridx tmur) u mkabbra b’uliedha, bi gmielha, bi twemminha.
_________________________——————————–_________________

Instemghet fil-berah is-sejha
Ta’ seher qawsalli:
U qalbi wegbitha.
Imxennaq ghall-gabra tax-xaghri,
Ghall-btala tal-gholja u tal-wita, 5
Ghad-dahka melliesa li biha
Taf tferrah lill-qlub ir-Rebbiegha;
Imsahhar minn holma ta’holma;
Ghajjien mit-tizwiq
Ghammiexi, qarrieq 10
Ta’ hajja bla dija, warajja
Hallejt daghbien il-kefrija
Li ssaltan fejn tahkem ir-reghba,
Fejn tifrex ghanqbutha l-mibeghda,
Fejn tisreg in-nixfa tal-frugha 15
U sserrep tbissima
Midfuna that ghasel il-hazen,
Il-frieghi, fejn hazen
Hazna ta’ lwien l-istagun,
Xejruli, sejhuli; u minn ruhi 20
Ittajret il-ghajta ta’ferh:
“Hekk ikun!”
Ejja mieghi
U duq, int ukoll, dmugh il-warda,
Nisel il-hniena, 25
U ixrob l-inbid tan-nixxiegha
Li jhenni bla jsakkar;
U tghammex bid-deheb tal-lelluxa
U zeffen lil qalbek maz-zifna
Tax-xitla ferrieha; 30
U tkebbeb fis-shaba ta’fwieha
Tas-saghtar; u tghammed bix-xita
Ta’ lwien il-blanzuni, misruqa
Minn bewsa ta’ ziffa zaghzugha;
U trekken 35
Ma’ hdan il-harruba hanina
Biex trazzan il-vlegeg il Marzu
Jaf jaghti lix-xemx; jew biex tahrab
Xi raxxa berrieda.
Ghax jaf ukoll Marzu Marzellu 40
Jahraqlek il-moxt u r-rixtellu.
Imbaghad erga’ fittex id-dija
Li tmidd qalb il-hdura l-moghdija
– Moghdija li sserrep, imzejna
Bil-kalci safrani tal-qares; 45
Bil-kwiekeb
Gwejdin, kahlanin tal-fidloqqom,
Bil-vjola jew l-abjad
Li x-xewka taf tbennen go hobbha;
Bil-lehha 50
Tal-gniegel siktin ta-hafura;
Bit-twapet imzewqa, mifruxa
Fuq qniepen il-leblieba,
Fuq fided il-gargir,
Fuq habb-il-qamh jixxejjer 55
Bil-ferh irid itir;
F’irdieden il-bebuna
Fuq ponot xeht-ir-rih,
Fi hluq il-hannewwija,
Fi truf lehjet-ix-xih; 60
F’ward il-harira-hamra
Fid-dahka tal-berwieq,
Fil-vampa tal-papocci,
Fis-satra tal-hurrieq.
Ejja! Gmiel art twelidna 65
Sejhilna: Tichadhiex
Dis-sejha: u itlaq kollox
Wara spallejk. Ghaliex
Mhix harba, le, minn dmirna
Dil-girja ghal ghonq it-triq 70
Tal-gmiel li bih Gziritna
Ried jahzen il-Hallieq.
Il-gmiel igib l-imhabba,
L-imhabba tnissel dmir;
Id-dmir, artal li fuqu 75
Kull zrara gawhra ssir.
Mela ejja: ssahhar mieghi
Bi gmiel il-Gzejjer taghna.
Imla bl-imhabba ‘l qalbek,
Imla lil ruhek bl-ghana.80
Imbaghad, flimkien, nahilfu
Imhabba ma tmut qatt:
Nahilfu li minn qalbna
‘L artna ma jbeghedha hadd.
Fost l-artijiet mill-icken 85
Ried Alla din il-Gzira,
Kif fost il-ward, mohbija
Il-warda tat-Tifkira
Li ghandha ghajnejn is-sema
Fil-hemda tal-widien, 90
Tbissima xxoqqlok qalbek,
Tkellmek minghajr ilsien
X’hin, b’kelma siekta, tghaxxaq
Is-saltna tal-haxix
U thenni l-qalb li gharfet 95
L-imhabba: “Tinsinix.”
Hekk artna. Fi ckunitha
Ried jifrex il-Mulej
Sema bhan-nir kahlani,
Il-kenn ta’ blat feddej; 100
Xemx tisreg fuq ix-xaghri,
Is-seher tal-widien,
Il-barka t’ajru gwejjed,
Il-milja tal-holqien,
F’kull dahla fejn il-bahar 105
Jithannex bla mistrieh
Magenb il-gebel ggant
Daqs kemm jarah sabih;
F’kull handaq, fejn il-qasab
Idur mal-wied bhal frill; 110
F’ras kull irdum, fejn jghammru
Il-bilbla wil-merill.
F’kull gholja li tittawwal
Fuq raba’, rhula, bliet;
Fis-swar, fejn, ghal gieh ommhom 115
Ixxerred demm l-ulied;
F’kull ghar li fih jinstemghu
Jidwu grajjiet iz-zmien
Biex dak li gej le jtebba’
Is-safa ta’ li kien; 220
Biex Malta tibqa’ Malta
Biex had giehha ma jtemm;
Biex demmha jibqa’ demmha
U safi minn kull semm.
Ghalhekk, fil-wahx li joghgob, 125
Fil-mohbi tal-Gherien,
Fis-sahra nfittxu xrara
Li taghlef dawl ghajjien.
Instemghet fil-berah is-sejha
Ta’ seher l-imhabba 130
U qalbi semghetha.
U firex is-seher dak l-ghata
Li dejjem hakem u seraq
Bi gmielu,
Biz-zifna ta’ fewga ghannejja, 135
Bil-hgejjeg tas-silla,
Bil-lehha ta’ weraq
Il-luq.
L-eghruq
Ta’ qlub il-Maltin, li habbewha, 140
Li bkewha ‘l dil-Gzira
Kull meta, mbeghdin, fit-tifkira
Ixxennqu ghall-kenn tas-swar taghha
Imkahhla bid-dmugh u bid-demm;
Li zejnu ‘l suritha 145
Bil-qawwa ta’ drieghhom;
Li mietu ghaliha,
Fuq fommhom tbissima,
Mil-ljieli ta’ Hagar il-Qima,
Tul jasar il-Mislem u s-sejha 150
Tal-lampa go hdanha mohbija;
Sar-rebha li zammet
Mixjet il-Quran; sal-herba
Li ghammdet Wied Qirda; san-nisga
Li qieghed fuq rasha midruba, le mjassra 155
Sultan, b’rahan ta’ gieh ghal nisilha.
“Smajt tisfira f’nofs ta’ bahar”
Ghanna lehen fil-widien.
“Smajt is-sejha t’art twelidi”
F’widien qalbi ghannejt jien.160
Ghax go qalbi baqghet tidwi
Dik il-ghajta, bla mistrieh:
Bhal qanpiena titlob hniena,
F’lejl imbikkem, mill-erwieh.
Mat-tnemnim ta’ l-ibghad kewkba, 165
F’kisret l-ghanja tal-ghasfur,
Mat-tperpir tal-weraq, smajtha
Sakemm qalbi riedet tfur,
Tfur bil-hniena, ghaliex f’dis-sejha
Kien hemm krib ta’ qalb mugugha; 170
Omm li rat li fost uliedha
Hafna sikru wara l-frugha
U kasbruha, u ghal hwejjigha,
Laghbu giehhom il-kefrin,
Ghad li dawk il-hwejjeg kienu 175
B’demm nisilhom imcappsin;
B’demm nisilhom, li gibilhom
L-oghla gieh quddiem il-gnus
Biex minn rigel il-barrani
Genshom qatt ma jkun mirfus. 180
Staqsejt harruba xiha: “X’ghandi naghmel
Biex dmugh pajjizi ntaffi?” Ziffa tniehdet
Bejn dawk il-frieghi mibrumin. – u ghabet.
Staqsejt cypress, mislut, tawwali, qisu
Talba ta’ hniena tielgha lejn is-sema: 185
Maz-ziffa tniehdet il-quccata, u siktet.
Staqsejt ghasfur imperrec fuq is-swaba’
Ta’ statwa ta’ l-Assunta. Bi twegiba
Ferfer gwinhajh u nheba qalb it-tiben
Tal-bejta mrekkna bejn il-hajt tan-nicca 190
U l-mewg ta’ ras il-vara.
U terraqt bla mistrieh; u t-triq wasslitni
Sal-kenn li z-znied kien naqqax f’Hal Saflieni.
Dhalt fil-Maqdes tal-Lehen. Meddejt rasi
Fil-hofra tat-twegib. Ftaht bibien qalbi 195
U t-tnehida li harget dwiet u kotrot
U hadet sura ta’ twegiba, hierga
Minn guf iz-zminijiet, b’lehen li jwahhax:–
“Kont Maleth, u sirt Melita.
Waqajt F’idejn il-Mislem li l-belt ewlenija 200
Laqqamli Mdina. Tqabdu ghal xtajtieti
Is-slaten ta’ l-Ewropa, sa ma sirt
Qawwiet San Gwann li razzan in-Nofs Qamar
Ma’ wliedi qalbenin. Ajkla Franciza
Giet f’isem il-helsien tirfes helsieni. 205
Dawn, is-sitt zminijiet li minn fuq rasi
Ghaddew. Iz-zmien tal-lum tafu bizzejjed.
Ghattewni b’mewgghom seba’ halel. Seba’
Wardiet ziduli l-gieh ta’ ismi. Seba’
Gerhiet nifduli ‘l qaqlbi, mfissra f’seba’ 210
Gherien, eghjun ta’ mhabba ghal min iqimhom,
Eghjun ta’ farag ghall-imnikta qalbi,
Eghjun ta’ sahha ghaz-zmien li gej. Mur zurhom”.
Ma dwawar is-Sigra tal-Hajja
Inbaram il-Lehen, U siket. 215
“Liema huma?” staqsejt. U mill-gdid
Smajt tidwi i-twegiba:
“Ghar in-Niket; Ghar il-Qedem;
Ghar il-Gmiel li ma jafx tmiem;
Ghar il-Qawwa; Ghar l-Imhabba; 220
Ghar ir-Reqqa; Ghar is-Sliem”.
Ma’ dwawar is-Sigra Tal-Hajja
Inbaram il-Lehen. U skiet.
U sibt ruhi f’xifer xaghri
Fejn maqtugha, qisha, b’mingel, 225
L-art tispicca; u tahtek jimrah
Bahar skur daqs sema sajfi
F’lejl bla qamar. L-ewwel ragg
Lewn il-gawhar, fuq ix-xefaq
Kien ga deher; u bexxaq harstu 230
Jum hanin. Fil-blat imnaqqax,
Targa targa sibt passagg
F’genb is-sies imrekken, niezel
Safejn, qisu maskra Griega,
F’ghajta mnikkta jiftah fommu 235
Ghar mistur. Ghedt f’qalbi: “Dan
Ghar in-Niket, Ghar Hasan.”
Hitan imzewqin
B’ilwien il-qawsalla,
Mal-mixja tas-snin 240
Ebda eku ma halla
Il-biki ta’ dmija
Tat-Tfajla Maltija
Is-skiet biss iwiegeb,
U l-bahar li jgegweg 245
Ihares ghassies
That is-sies.
Ghajnejja draw id-dlam, Fuq il-lemin
Nilmah mina. Fid-dlam ta’ guf il-wahx
Nitkaxkar u nisserrep sa ma nasal 250
F’ghar iehor, jaghti wkoll ghal fuq il-bahar.
Hitan imzewqin
B’ilwien il-qawsalla,
M’hux hawn hajtu halla
L-Irsir, li kien jassar 255
Lit-Tfajla Maltija
U xtaq fiha jhassar
Bit-tebgha tal-htija
Lir-ruh Nisranija.
Is-skiet biss iwiegeb 260
U l-Hares ghassies
Igegweg bla mistrieh
Minn that is-sies.
Hitan imzewqin
B’ilwien il-qawsalla, 265
Kemm dwiet fikom l-ghajta
Li sejhet lil Alla:
Is-sejha ta’ l-ahhar
Ta’ ruh nisranija
Li rifdet il-hajja 270
Tat-Tfajla Maltija!
Is-skiet qisu jikber,
U l-Hares ghassies,
Ruh imnikkta, jitniehed that is-sies.
Bist fejn hajtek temmejt, Tfajla Maltija, 275
U hrigt fil-berah. Rajt, fuq ix-xellug
Profil il-Mara, dah’rha lejn il-Gzira,
Bil-qieghda, rasha wieqfa, thares hiemda
Lejn xtut il-Mislem, f’ghassa bla mistrieh.
Dawwar harstek u strieh, Mara hanina. 280
M’hux f’art il-Misilmin bejtet il-lifgha
Li trid teqirdek. Fittex fost uliedek.
It-tosku ghad ma hax. Ghadek fil-hin.
Siekta u mfarrka, f’bahar ta’ kobalt,
Imdehba b’dawl ix-xemx zaghzugha, Filfla. 285
Tbissmitli, bit-tbissim ta’ qalb imwegggha.
U fejn hi l-knisja, Gzira ckejkna, darba
Iz-zina ta’ sbuhitek, minn fejn dewa
Lehen qanpiena; u s-sajjied semaghha
U baxxa rasu, u gholla ruhu, u talab! 290
Bicca bicca hattewk ulied il-qilla.

HasansCave
Above: Ghar Hasan
Minn genna zghira sirt inkwina imhabbta
Minn id qerrieda, ghad li titbissem gwejda
U thares b’tama lejn ix-Xemx, li tistor
Grihietek b’seher dehebha.
Dak is-seher 295
Rajtu jixghel ukoll fuq il-lemin,
Lil Ras Artal – l-Artal, sur ta’ l-imghoddi
Qawwet illum, u tama tal-gejjieni.
Minn moghdija
Qalb ir-raba’ 300
Gbidt, xellugi,
Lejn Wied Znuber;
U fuq rihu
Bqajt ghaddej.
Lil Wied Babu 305
Tlaqt warajja.
Qsamt il-Qrendi.
Ghar-Rih Fuq
Gbidt, bla dhalt
Go l-Imqabba. 310
Sibt moghdija
Li haditni
Dritt ghal hdanek
Jo Wied Kandja.
Mal-lemin 315
Bqajt interraq
Sa’ ma dhalt
F’Wied Hanzir,
Li wassalni, jghanni l-ghanja
Tal-harrub u taz-zebbug 320
(Ghanja mfewha b’nifs is-saghtar,
B’nifs il-plejju,) sa fejn jidhol
Wied il-Qirda f’Wied il-Kbir.
Wara gebla, li fil-qedem
Kienu jgerbu bhal eghluq 325
Rajt jittawwal Ghar Hanzir.

ab_pic6
Above: Ghar Hanzir
http://www.maltavista.net/en/list/photo/1546.html
“Dan,” ghidt f’qalbi, “Ghar il-Qedem:
Ghammru fih issirijietna
F’lejl iz-zmien, qabel ma dehru
Il-bennejja ta’ l-Imnajdra.” 330
Dhalt fid-dlam tal-Ghar. Haddanni
Dlam iz-zmien. Twerziq li jtarrax
Zarzar, dewa, malli stenbhu,
Imwerwrin, friefet il-lejl
Bhal erwieh mitlufa, msewta, 335
Fejn it-tama qatt ma tbissmet,
Fejn il-biki biss isaltan;
Bhal erwieh mitlufa, sallbu
–Wild id-Dlam—minn genb ghal iehor.
Harbu hekk l-Allat tal-Qedem 340
Meta lehen ir-Razul
Dawwal gensna, u niesna nxtehtu
Dlonk quddiemu, kif jixxejjer
Quddiem rih hanin, is-sbul!
X’Allat kienu? Anqas isem 345
Ma waslilna! Liema nisel
Hawn kien ighammar? Xejn ma baqa’!
–Ghar meghjun minn id il-bniedem;
Gebla mresqa. Dahla mnaqqxa;
Aktar xejn. –Siket il-biza’ 350
Ta’ l-eghfiered. Regghu trekknu
F’hogor dlamhom li jghaqqadhom
Ma’ l-iljieli ta’ l-imghoddi.
Nisma’ biss zanzin imrazzan
Ta’ qtajjiet ta’ znazan suwed 355
Mghobbijin b’gid ir-Rebbiegha;
U madwari nara mnaqqxa
Mal-hitan mijiet ta’ slaleb.
Is-Salib isaltan sieket
Fuq l-Allat le sfaw fix-xejn! 360
Is-Salib, gieh ta’ l-imghoddi,
Is-Salib, dawl ta’ li gej.
Ressaqt xufftejja, u bist wiehed mis-slaleb,
U hrigt fix-xemx li tghammex. Fis-smewwiet
Gawhar u nir, smajt bilbla tghanni. Hdura 365
Li ttaffi griz il-blat kienet tixxiegher
Fil-hemda mbissma ta’ fil-ghodu kmieni.
Max-xellug u l-lemin rajt tahti jfannad
Il-Wied il-Kbir; quddiemi juri snienu
Wied Qirda, darba msoqqi b’demm min haseb 370
Lill-Maltin hrief, gwejdin quddiem min jirfes
Lil giehhom u ‘l twemminhom. Fuq ir-rih
Tal-Ghar jinfirex Hal Farrug, fejn darba
Saltnet knisja fis-skiet. Tgharrex ghalxejn
Ghaliha llum, ja pellegrin. Il-berah 375
Issa mahnuq, u l-ghanja tal-herruba
Inbidlet f’tarzna fejn izigg u jwerzaq
Il-mostru tal-metall, mirkeb l-ishab.
Harist lejn il-lemin, fejn bin il-biza’
Hazen il-blat in-nar. U dhalt f’Wied Qirda. 380
Wied il-Qirda,
Wied is-Sahha,
Wied il-Fidwa
Tal-Maltin;
Wied il-ghana 385
Ta’ l-aghsafar,
Fejn ihammar
Il-peprin
Fuq tapit ta’
Hdura hienja 390
Fuq il-griz ta’
Blat hanin.
Wied il-Hemda
Fejn, go Knisja
Rajt issellem 395
Il-Qariba
Lil Marija:
Xbieha mzejna
B’ward il-Genna
Minn pinzell 400
Soru Maltija.
X’ghandek f’wiccek, ja Wied Qirda,
Li jfakkarna f’dak il-jum
Meta t-tosku tal-Barrani
F’demmu stess baqa’ mirdum? 405
Wiccek wick il-paci. Razzan,
Wildek, rghebt id-Dib. U donnha
Trid, f’dirghajn Elizabetta
Tordom ‘l hemmek, il-Madonna.
Wicc il-paci, wiccek. Izda 410
Ghadu jidwi, dak il-blat
Bit-twerziq tal-Ghadu, mbiccer,
Li bil-hajja radd is-swat.
Dak is-swat li ried isawtek,
Malta tieghi, omm hanina. 415
Izda sahhtek ghelbet: sawtet
Lil min sawwat lil twemminha.
That il-pont ta’ Triq Siggiewi
Bqajt ghaddej minn Wied il-Hesri
Sa Ta’ Brija, Dar is-Serh. 420
Minn Ta’ Brija, ghal Wied ix-Xaghri
Miexi bqajt. U bla dewmien
Tlaqt warajja l-Wied, fejn tgelgel
L-Ghajn il-Kbira, u mill-Girgenti
Tlajt, lemini, lejn Ta’ Zuta. 425
Bejn Ta’ Zuta u l-Buskett,
Max-xellug, tiftah moghdija;
Maghha gbidt. Go nofs ix-xaghra,
Fur ir-rih ta’ Bu Xih, 430
Rajt l-Gherien li mlew bil-ghageb
Lill-barrani bin Injazju
Li kien zarhom fuq stedina
Tal-Gran Mastru. Mohbijin,
Misturin mill-ghajn gharriexa, 435
Mit-tbissima ta’ stmerrija
Ta’ min ghama ghad-dawl imqaddes
Ta’ musbieh missirijietna,
Jitrekknu l-Gherien
That xifer imnaqqax 440
Fix-xaghra fejn l-ahdar
U l-vjola tas-saghtar
Iferrah lill-andar
Tal-moghxa. Madwarha
L-ghajn tilmah is-saltna 445
Tal-berah u s-skiet,
Miksura mill-ghanja
Ta’ bilbla hanina
Mohbija fi shaba,
Nebbieha tal-hena 450
Li s-skiet biss jaf jaghti.
Mill-erba’ rjieh tara
Mimduda max-xaghra,
Kull tant mohbijin
That gebel hitanha, 455
Zewg zewg, rahan il-ghaqda,
Ir-raded tar-roti
Fil-blat imniffdin:
Tifkira ta’ min
Fl-gherien ta’ dix-xaghra 460
Midd, bl-gharaq ta gbinu,
Is-sies ta’ l-imhabba,
Tat-tama, tal-hidma
Ta’ gensna tal-Qedem.
Bejn ghorfa b’harruba ma’ genbha 465
U borg li xi darba kien bini,
Titfacca moghdija li tiehdok
F’dinja ohra, bhal kieku xi halla
Sahhara garritek fil-holma
Ta’ Genna li ghabet. 470
Mal-moghdija nzilt. Infetah
Bhal doqqajs quddiem ghajnejja:
Ghar hdejn l-iehor. X’uhud jinfdu,
Ohra le. F’nofshom isaltan
Mal-lemin ghar, li nebbahni 475
B’Ghar il-Qawwa – Ghar il-Kbir.

misrah-ghar-il-kbir-malta-clapham-junction-caves
Above: Ghar il-Kbir
http://www.cartrutsmalta.com/misrah-ghar-il-kbir-malta/
Hassejt jidwi f’widnejja l-kliem li kiteb
Il-Gezwita Olandiz fuq dawn l-Gherien,
U fuq min ghammar fihom: Twal, b’sahhithom
Ghaqlin, bizlin, mimlija b’gherf iz-zmien. 480
Ghonja n-nisa bi gmielhom u tjubithom,
Maghzulin il-familji minn xulxin;
Kull had qalb wahda – nies li haznu f’qalbhom
Gid Zmien id-Deheb, — u saltnu ferhanin.
Mimlija gid, fuq fommhom dejjem talba, 485
F’subghajhom il-Kuruna ta’ Marija,
Fuq soddthom Kristu Msallab jew Madonna,
F’harsthom il-hena, f’qalbhom it-tjubija.
Djarhom indaf, nadifa ruhhom; jilhqu
Ghomor mill-itwal. Ma jibdlux gherienhom 490
Mat-tlellix ta’ l-ibliet. – Saltna ta’ mhabba
Li ggaghalna nibku n-nar li dawwal zmienhom.
Nisel imbierek! Fqir, oghna mill-ghani;
Hobzu bin gharqu; nieqes u xebghan;
Zeblah il-frugha, tbissem fit-taqbida; 495
Minn gidu ghamel xrik, u mhux sultan.
Nibki x’hin nara din il-herba. Nibki
X’hin nerfa’ ghajnejja ‘l fuq, u nara mnejn
Darba leqqu l-imsiebah; kwiekeb twajba
Li dawlhom issa ntefa u gie fix-xejn. 500
Il-herba ssaltan fejn il-hajja tbissmet,
Xeghlet, u sfat fix-xejn bhal ziffa rih;
Il-herba ssaltan – herba kull fejn thares,
Herba fi hdan l-Gherien, herba fl-erwieh.
Bil-herba 505
Go qalbi
U d-dmugh fuq
Ghajnejja,
Tlabt Musa
Ghannejja 510
Ta’ farag.
Mat-tarag.
Imnaqqax
Fil-gebel
Tlajt, b’ruhi 515
Msoffija
Mid-dmugh tal-
Moghdrija.
U gbidt mal-
Moghdija. 520
Li taqsam
Ix-xaghra.
Il-hdura
Melliesa
Ta’ qasam 525
Verdala
Hallejtha
Warajja.
Horobtok
Saqqajja, 530
Bin-Nicca
Fejn darba
Missierna
Dmugh niexi
Kien beka, 535
Ghaddejtha.
Man-nizla
Tal-Bajtar
Imhabbti
Garritni 540
Minn berah
Il-Mitjar
U l-Wita
Tal-Mosta
Lejn l-gholja 545
Fejn l-ewwel
Il-Kelma
Feddejja
Dwiet f’artna.
Minn barra 550
Mir-rahal
Bqajt sejjer.
Mad-dritta
Id-djar
Tan-Naxxar; 555
Ma’ l-ohra
Ifannad
Il-wati
Sa Bahar
San Pawl 560
Bil-Gzejjer
Maqtugha
Bhal porpra
Mitfugha
Fuq manxar 565
Ta’ dawl.
Mit-Targa
Il-gwienah
Tal-hrara
Wassluni 570
Sa tarf ir-rahal li jitperrec l-oghla
Fost l-irhula ta’ Malta. Hrigt fil-berah
Lejn il-Birgum; u mal-lemin bqajt miexi!
Fuq il-blat gheri ta’ Gebel San Pietru,
Hotba li tghasses fuq il-Maghtab, qisha 575
Sultan kburi bejn zewg irsiera gwejda
–Wied Anglu u Wied il-Faham: Dawl u Dlam.
Inzilt moghdija fuq ir-rih tal-Maghtab;
Sibt ghar bi xbieha hierga minn gol-blat:
Kristu Mislub, b’qaddis fuq naha u ohra: 580
Kien Ghar l-Imhabba – l-Ghar ta’ San Brinkat.
Ghar ta' San Brinkat
Above: L-Ghar ta’ San Brinkat
http://www.paraglidingmap.com/site/127323
Mill-bir li hemm go fih, gensna fl-imghoddi
Xorob u saqqu. Izda ma felahx
Jersaq ma’ tul il-lejl, ghaliex kien ighammar
Fid-dlam ta’ hdan il-Ghar Iben il-Wahx. 585
Saltan l-ghafried, sakemm mewga feddejja
Ressqet lejn dawn ix-xtajta tavla kbira
Bi Xbieha mqaddsa, li fil-Ghar intqieghdet:
X’baqa’ minn Bin id-Dlam, hlief it-tifkira?
Ghabet it-Tavla. F’lokha llum imnaqqxa 590
Hemm l-istess Xbieha, mnejn, b’harsa hanina
Jitbissmu Kristu Msallab, l-ewwel Papa.
U habibu, il-feddej ta’ Taormina.
U sal-lum, fuq artal fil-Knisja l-Kbira
Jixghel quddiem xbihietek dawl iz-zejt 595
B’xhieda ta’ mhabba, Isqof Martri, talli
Minn dwiefer l-ghadu l-Wied u r-Rahal fdejt.
U bist
Il-blat ta’ that ix-Xbieha. Ibbist
Il-qalb ta’ qalbi b’mant ta’ mhabba. Hmizt 600
Ir-rieda tieghi ma’ tal-Lehen. Irfist
B’rigel mghaggel minn imhabbti
Il-moghdija, li ghall-Maghtab
Bi knisjietu, tiehdok. Dort
Lejn it-tmiem ta’ Wied il-Ghasel. 605
Burmarrad, San Pawl il-Bahar,
U x-Xemxija tlaqt warajja;
Minn moghdija hdejn Ghar Berwaq
Tlajt; u nzilt ghal Wied il-Mistra.
Ghall-Punent mal-blat qabbadt 610
Tal-Mizieb. Qsamt il-Mellieha
–Labra mgawhra, f’nofsha mrekkna
L-oghna hagra – l-ewwel Maqdes
Ta’ Gziritna Nisranija—
U fuq rih Qasam Barrani 615
Grejt lejn gmielek, Gnien Ingraw,
Bl-Ghar, li fuqek ghadu jsaltan
Bil-holmiet ta’ tifkirietu.
Kif qrobt lejh hassejt is-seher
Li Kalipso darba nisget 620
Ma’ l-eghruq ta’ qalb il-Bahri.
Mohhi ddawwal b’dawl il-hjiel:
Ghar Kalipso – Ghar il-Gmiel.
Fid-dell ta’ dan il-blat, fejn l-ghodod ghenu
Lin-Natura biex thaffer dawn l-Gherien, 625
Dhalt fis-Saltna tal-Grajja. Il-mohh ittajjar
‘Il b’ghod ‘il b’ghod fil-lejl ta’ l-ewwel zmien.
Rajt lil Merkurju, mheggeg minn Minerva,
Bil-gwienah ma’ riglejh riesaq bhal rih
Lejn l-Ghar fejn, mghasses minn ghajnejn l-imhabba 630
Ulisse jnin ghal artu bla mistrieh.
B’ghana li jsahhar, fuq l-insig tat-tila
Imdehba, mzewqa b’ilwien il-qawsalla,
Tixtieq tinseg Kalipso bhal ghanqbuta
Li tifirdu minn fejn qalbu kien halla. 635
Imdawwar sigar fejn ic-cawl u l-isqra
Ibejtu, mdellel b’dielja u mhenni bl-ghana
Ta’ l-ilma jnixxi, jsahhrek bi sbuhitu
L-Ghar fejn Kalipso tghix u thobb, setghana.

calypso
Above: Calypso, http://en.wikipedia.org/wiki/Odyssey
Below: The author’s choice for Calypso’s Cave, Malta

IMG_0079-78688840675679

Izda mal-migja ta’ Merkurju, ghabet 640
Setghet l-imhabba. U ghab fix-xejn il-qlugh
Li garr ‘l Ulisse ‘l boghod, waqt li Kalipso
Ma ratx quddiemha hlief saltniet id-dmugh.
Hekk halla mnizzel l-Ghannej Ghama. Bierku
‘L Ghar Kalipso l-bnedmin; birkuh l-Allat. 645
Illum is-skiet ihaddnu: xejn ma fadal
Hlief nicca ‘l hawn u ‘l hinn, f’hogor il-blat.
Bist dak il-blat, u nzilt Qasam Barrani,
Tlajt il-Qammieh, ilhaqt il-Marfa, Garr
Lili u ‘l imhabbti qlugh hanin. Il-Fliegi 650
Qsamt – u ma damx ma tani l-kenn l-Imgarr.
Kif rigli meddejt fuq ic-caghqi
Li ighanni max-xejra tal-mewga melliesa,
Bqajt miexi mal-bahar.
Warajja, fil-gholi 655
Hallejt lil Chambray. Rdum it-Tafal
Skorrejt. Kif ilhaqt ix-Xatt l-Ahmar,
Mill-ponta, terraqt, tal-Mellieha,
Sa rkibt Ras il-Hobz, u ftit wara
Ilmaht qisu holma mudlama 660
It-Torri, li darba zamm l-ghassa
Biex Iben il-Mislem le jhannex
(F’ghajnejh ghatx id-demm)
Ma’ kenn gnub il-Wied
Li jwassal sa truf ix-Xewkija. 665
Mit- Torri, quddiemi
Rajt Wied is-Sabbar
Li jofroq il-berah
Tax-xaghra, li tifrex
Saltnietha ta’ saghtar 670
Sa xifer l-iswar
Ta’ Cenc; u sal-logog
Mhennija bil-fwieha
Ta’ riednu u merdqux,
Imzejna bid-dahka 675
Tal-qronfol, mistura
Minn pal u harrub
Fi skietek, Sannat,
Fi gmielek, Munxar.
Hallejt mal-lemin 680
It-Torri. Mir-Ramla
Ghall-Wied; sa ma qbadt
Il-Misrah ta’ Limbert f’tarf ix-Xewkija
U rajt Ghar; u hassejt lehen go fija
Jidwi, kif jaghmel fuq ix-xaghri r-rih: 685
“Idhol. Dan Ghar ir-Reqqa – Ghar ix-Xih.”
Fittixt il-kenn ta’ dellek, Ghar, fejn darba
Ghamel ix-Xih il-haqq fuq il-bnedmin;
Minn fommok rajt l-gherien, fejn kienu jhallsu
U jsaffu kruh hzunithom il-hatjin. 690
Rajt, f’nofs il-Ghar, il-post fejn darba, gebla
Kienet it-Tron tal-Haqq. Jahasra, Ilum
Il-bluha li ma tafx tghozz gid l-Imghoddi
Gerbitha minn imkienha ghal qiegh l-irdum.
Jitwaqqa’ l-Gebel. Izda min se’ jwaqqa’ 695
Gebel l-imhabba li mal-gid jew l-hemm
Ma tixxejjirx, li tiflah riefnu u bnazzi
Ghax mibnija fuq sies ta’ dmir u demm?
Bist fejn darba riglejn missirijietna
Rifsu biex jigru wara l-haqq. Imbaghad 700
Hrigt fil-berah. Qudiemi, Mgarr ix-Xini
Rajt, ghadira ta’ deheb; u fil-witat
Tal-bahar u ta’ l-art, rajt ilwien is-seher
Ta’ nzul ix-xemx qed jinsgu d-dell tal-lum
Mad-dawl ta’ ghada. “Is-Sliem ghalik, gejjieni”, 705
Ghajjatt, “mela min-nghas gensna se jqum,
Hieni ghax hieles minn semm il-mibeghda,
Kbir ghad li ckejken, ghani ghad li fqir,
Ghaliex m’hemmx ifqar minn min laghab gibe hutu
U radd il-qima lejn min zammu rsir. 710
Meta, bhal dari, sejrin nuru x’tiswa
Qawwet l-ahwa, f’qalb wahda maghqudin,
Kif darba wrew missirijietna, mkabbra
Li gharaqhom ghasar tletin elf fjorin?”
Hawn, fejn ghammar u zdied il-gens ewlieni 715
Ta’ din il-Gzira, u fejn mit-Tempju, nstema’
Lehen il-Fidwa, fhimt li ghau mohbi
L-Ghogol tad-deheb. Izda mhux fl-art; fis-sema
Jehtieg li l-Malti jfittex dik il-Mohba
Li hallew niesna; biex kull min irid, 720
Isib l-ghasel fil-blat; il-ward fix-xaghri,
L-hena fid-dmugh, u fis-Salib il-gid.
Fuq ir-rih ta’ Wied Hanzira
Qbadt it-trejqa dejqa
Li tifridlek Triq Sannat 725
Sa ma twasslek f’tarf ir-Rabat.
Minn hawnhekk ilmaht il-hdura,
Mantar xieraq li jinfirex
Fuq il-gmiel ta’ l-isbah Wied
Ta’ Gzirietna, li jitbissem 730
Ghat-tgelgil tal-Ghajn il-Kbira
Bejn ir-Rabat u ta’ Kercem.
Qalbi harget biex inzuru;
Izda x-xemx kienet inhbiet
Wara gholjiet Ghar Ilma u Dbiegi. 735
Dhalt ir-Rabat. Gewwa l-knisja
Ta’ min l-ghana sab fil-faqar,
Iltqajt m’Ajk li qalli: “Xewqtek
Hi li tara l-Ghar fejn darba
Sabu darhom l-eremiti. 740
Imxi wrajja.” Inzilna tarag
Mohbi ghal ghajnejn il-kotra.
B’dawl it-torca, l-Ajk urieni
Ghar imdahhan. “Dan hu l-ahhar
Fost l-Gherien li Malta tridek 745
Tqim bi zjartek, Ghar in-Niket.
Grejt mal-Gzejjer biex fil-biki
Tizra’ dmughek – dmugh is-soghba –
Issa terga’ lura tifrah,
Fuq dirghajk qatet il-barka 750
Ta’ min habb. Min fid-dmugh jizra’,
Jahsad fl-hena.” B’dan il-kliem
L-Ajk dahhalni f’Ghar is-Sliem.
Tani t-torca; u ghab fid-dalma
Ta’ guf l-art. Hassejtni wahdi 755
Kif qabel qatt. Minn saqaf l-Ghar, nifduni
Bla ma rajthom, eluf u eluf t’ghajnejn:
Hassejt, bla rajt, ghajnejn bic-ciera; ghajnejn
Jitbissmu; jibku, jidhku; jisthu; jbierku; 760
Merfugha b’hajt in-niket; mixghulin
Bl-imhabba; mahnuqin fl-ghatx tat-tpattija;
Ghajnejn zoroq, hlewwiet it-tama; ghajnejn
Suwed b’satriet i-weghda; ghajnejn mitfija 765
Fil-griz ta’ min hu minsi; ghajnejn sakrana
Bil-qilla u bit-tkabbir; ghajnejn xebghana;
Ghajnejn imgewha
Ghajnejn il-Hazen,
Ghajnejn it-tieba. 770
Ghajnejn l-Imghoddi
Bil-gid u d-deni tieghu, bit-taghlim
Li biss iz-zmien jaf jaghti; bit-twemmin
Li fil-gejjieni ghad titbissem Xemx
Li minn fuq artna ma tintemmx. 775
Fid-dlam
Tal-Ghar fejn talbu l-ewwel Rohba, tlabt
U bu dmugh saqqejt il-qieghda mqaddsa.
Ftakart fid-dawl mixghul, meta fuq artna
Tefa’, riefnu hanin, lil Dawl il-Gnus;
Ftakart fid-dawl tal-Katakombi, meta 780
Fid-dawl tax-xemx saltan Il-Mislem. Toni
Bajjada deher quddiemi, qalbu xrara
Ta’ mhabba lejn din l-Art. Lil Dun Mikiel
Rajtu jnehhi minn wiccu l-ghamad, hieni
Ihares lejn il-mewt. Smajt Lehen ighajjat 785
Ismijiet kbar u mqaddsa, midfunin
That irhamiet il-bruda, waqt li jmisshom
Minquxa f’qalbna u mghollijin fi blietna
Ghal gieh li ma jafx tmiem.
“Ghajb, ghajb ghalina,”
Ghajjat il-Lehen, “li sas-sema nghollu 790
Lill-barranin, u ‘l gensna u ‘l demmna nkasbru!”
Harget tnehida minn qiegh l-Ghar, li tfietli
Id-dawl tat-torca. Id-Dlam ghattanni; il-biza’
Rikibni, ghaliex hassejt li ma kontx wahdi
Go dak il-Wahx; u li min kien ma’ dwari 795
Ma kienx ta’ din id-dinja.
“Id-dlam li cekknek,”
Lil-Lehen ergajt smajt, “hu d-dlam, biex tifhem
Kemm hu sabih id-Dawl ta’ min jiftakar!”
Siket il-Lehen, 800
Rasi f’dirghajja
Dfint, u b’xufftejja
Missejt il-qiegha
F’bewsa ta’ soghba.
U hrigt fil-berah.
Hassejt, hanina, 805
Id tmelles xaghri.
Harist.
Sibt ruhi
Taht dell imsahhar
Ta’ sigra xiha. 810
U kienet fergha
Dik l-id hanina
Li kienet mellset
Rasi ghajjiena.
Bhall-ghanja li giet 815
U f’qalbi halliet
Gheliem li ma jmurx mal-mawrien
Tal-grajja taz-zmien.
Instemghet fil-berah is-sejha
Ta’ seher l-imhabba: 820
U qalbi wegbitha.
Il-Belt, 8 ta’ Settembru, 1957

NOTI
41 Mill-qawl “Marzu Marzellu, ahraq il-moxt u r-rixtellu”. Ghax Marzu tant jaf jaghmel bard, meta jrid, li jgieghlek tahraq dawn iz-zewg ghodod ta’ l-insig, biex tishon.

47 Fidloqqom: xitla bil-warda kahla zghira, ghamla ta’ stilla. Ighalluha ghas-soghla.

49 Ix-xewk jaghmel warda li go nofsha jkollha bhal hajt tal-harir, abjad jew vjola. (Thistle)

51 Hafura: haxixa li ma taghmilx ward. Fit-tarf taz-zokk irqiq taghha ghandha bhal gliegel.

53 Leblieba: ghandha warda qisha qanpiena. Kampanella selvagga.

54 Gargir: haxix jaghmel warda zghira bajda.

55 Habb-il-qamh: xitla taghmel warda sabiha, lewn roza skur.

57 Bebuna: l-Inglizi jsejhula daisy.

58 Xeht-ir-rih: tikber kullimkien, is-sena kollha. (Wall pellitory)

59 Hannewija: il-ward tal-hannewija jinfetah qisu halq ta’ xi animal.

60 Lehjet-ix-Xih: ighidulu wkoll “Salvina” jew “Issopu” (Mediterranean heather)

61 Harira-hamra: Scarlet pimpernel

62 Berwieq: Branched asphodel

63 Papocci: Forget-me-not

150 Jasar il-Mislem: il-hakma f’Malta tas-Saracini lib diet fis-sena 870 AD u damet fuq mitejn sena, sal-migja tal-Konti Ruggieru.

153 Mixjet il-Quran: ir-rebha tal-Maltin u L-Ordni ta San Gwann fuq l-Ottomani fl-1565.

154 Wied Qirda: fejn il-Maltin qerdu t-truppi Francizi wara r-rewwixta kontra l-hakma taghhom.

156 Il-George Cross.

194-195 Maqdes tal-Lehen: Il-kamra ta’ l-Oraklu, fil-Hypogeum.
Il-Hofra tat-Twegib: il-hofra fil-hajt li sservi biex tkabbar il-lehen.

199 Minn “Maleth” that il-Fenici u l-Kartaginizi, Malta saret “Melita” that ir-Rumani, li ghamluha Municipju.

201 Il-Belt l-antika, li kien jisimha wkoll Melita, giet imsejha Mdina mill-Musulmani matul il-mitejn sena ta’ hakma fuq dawn il-gzejjer.

214 Is-Sigra tal-Hajja: fis-saqaf tal-Kamra ta’ l-Oraklu, hemm impingija bl-ahmar bhal sigra.

243 Il-leggenda tghid li wara li Malta helset mill-Mawmettani bil-migja tal-Konti Ruggieru, Hasan, ilsir, seraq tfajla Maltija u hadha mieghu fl-ghar li ghadu jgib ismu. Kien ser iharrabha fuq gifen, izda ma rnexxilux. Qatel ghalhekk lit-tfajla Maltija, u hu qabez il-bahar.

277 Profil il-Mara: blata fuq ix-xellug ta’ min jittawwal minn Ghar Hasan, kbira u gholja, li tixbah mara bil-qieghda.

287 Il-Kwadru ta’ din il-knisja jinsab iz-Zurrieq. Fuq dan kiteb Dun Loreto Zammit.

291 Il balal

297 Ras Artal: blata hekk imsemmija minhabba suritha.

326 Ghar Hanzir: ghar taz-zminijiet l-aktar imbieghda. Kien jinghalaq b’gebla kbira, li ghadha hemm.

341 Ir-Razul: l-Appostlu Missierna San-Pawl.

358 Mijiet ta’ slaleb: dari kienu jahsbu li min jidhol go Ghar Hanzir ma jkunx jista johrog jekk ma jhazzizx jew ma jpoggix salib mal-hajt.

375 Il-Knisja ta’ Hal Farrug, li kienet taghmel mal-Parrocca tal-Gudja, giet imwaqqgha matul l-ahhar gwerra minhabba l-aerodrome ta’ Hal Luqa.

380 Qrib Ghar Hanzir tinsab illum hazna ta’ ammunizzjon.

401 Suor Maria De Dominicis, li kient ghenet lis-surmast taghha, Mattia Preti, fit-tpingija tas-saqaf ta’ San Gwann.

434 Athanasius Kircher, S.J. kien mistieden fl-1637 mill-Gran Mastru Lascaris fil-villa tal-Buskett. Minn hemm hadu jara l-Ghar il-Kbir, fejn kienu jghixu hafna familji Maltin. Skond dak li kiteb il-Patri Kircher fl-opra tieghu Mundus Subterraneus (“Id-Dinja ta’ That l-Art”), Volum II, Ktieb VIII, Kapitlu III, p. 119, dawn il-familji kienu jghaddu hajja tajba, nadifa u hienja.

457 Ir-raded tar-roti: Cart ruts.

480-482 Kircher. Op. cit.

487 Kircher. Ibid. p. 119 “Summa cum devotione suas quotidie orations peragunt precatorios globules continuo volvunt. Habent et in cryptus suis Crucifii et Beatae Virginis imagines decenti loco expositas.”

490-491 Kircher. Ibid.

499 L-imsiebah: ghad hemm fis-saqaf hafna mrabat mnejn kienu idendlu l-imsiebah, kif rahom il-Patri Kircher fuq tliet mit sena ilu.

535 Fatt li gara fi zmien il-Francizi: u dam sitt xhur. Ara L’Amore Speciale dell’ap. S. Paolo verso I Maltesi, ta’ Patri Carm. Mangion O>C., Tip SSmo. Nome, Rabat 1939. Dak iz-zmien ix-xbieha ta’ S. Pawl ma kelliehx nicca.

549 Skond it-tradizzjoni, l-ewwel konversjonijiet ghall-fidi Nisranija b’hidma ta’ l-Appostlu Missierna saru fin-Naxxar. Ghalhekk dan ir-rahal sabih u arjuz igib il-motto “Prior credidi” (“Kont l-ewwel li emmint”.)

567 San Pawl tat-Targa, wahda mill-isbah irkejjen ta’ Malta, mnejn tara tarf Wied il-Ghasel, il-Fortizza tal-Mosta, l-Gholjiet tal-Wardija, ix-xtajta tal-Lvant bis-Salini u b’San Pawl il-Bahar, bil-Gzejjer ta’ Selmunett, bl-Ahrax, Kemmuna, u Ghawdex.

572 Hal Gharghur – rahal sabih daqs kemm hu gholi.

597 Ix-xbieha li kien hemm fuq it-tavla, u li, meta din spiccat, giet imnaqqxa fil-blat tal-Ghar, fiha Kristu Msallab fin-nofs, San Pietru fuq naha, u San Pankrazju (li l-poplu bidel f’San Brinkat) fuq l-ohra. San Pankrazju ghex fi zmien Kristu, u kien dixxiplu tieghU; imbaghad, wara l-mewt ta’ Sidna, inghaqad ma’ San Pietru. Ippriedka l-Vangelu f’Taormina li taghha sar isqof. San Pietru mar jarah f’din il-belt, fejn San Pankrazju mbaghad miet martri. Qabel ma giet din ix-xbieha mqaddsa, fil-ghar u fil-wied ta’ tahtu kienu jaraw il-wahxijiet. Kif ix-xbieha tpoggiet ma dehrux izjed. Dan it-taghrif hadtu minn artiklu ta’ Dun Karm Vella fil-gazzetta Il-Bera tat-18 ta’ Novembru, 1955.

621 Il-Bahri: Ulisse, li wara li l-Griegi rebhu u harqu lil Troja, dam is-snin jiggerra fuq il-bahar sakemm mar f’artu Itaca. Fost l-artijiet li zar, kien hem mil-gzira ta’ Ogigia. Jekk din il-gzira hix Ghawdex jew Malta ma nafux. Il-bicca l-kbira jahsbu li hi Ghawdex.

638-647 Il-Ghar ta’ Kalipso tax-Xaghra f’Ghawdex jaf bih kulhadd. Izda hawn gherien ohrajn li jgibu dan l-isem, wiehed minnhom il-Mistra, u l-iehor fuq ir-rih ta’ Gnien Ingraw, il-Mellieha. Jiena zorthom it-tlieta. Mid-deskrizzjoni li jaghti tal-Ghar ta’ Kalipso Omero, fil-hames ktieb ta’ L-Odissea, jidher li hu wisq probabli li dan l-Ghar, jekk ezista, kien dak ta’ fuq Gnien Ingraw, il-Mellieha. F’dan l-ghar ghad baqa nicec mal-hitan, fejn forsi darba kien hemm idoli, imkissra wara meta, mal-migja tal-fidi Nisranija, inhass il-bzonn li jigu meqruda t-tifkiriet kollha ta’ zmien il-Pagani. L-Ghar hu kbir, fih hafna taqsim. Tahtu hemm wied, fejn l-ilma jimxi kif tghid l-Odissea: u kif inhu qieghed, sata’ darba, bhal l-Ghar ta’ l-Odissea, kien imdawwar bid-dwieli u s-sigar. B’dan ma rridx nidhol f’polemika, jew nipprova nisraq lil hbiebi ta’ Ghawdex mill-unur li ilhom tant igawdu. Biss, billi ghat-taqsim tal-poema deherli li ahjar dan l-Ghar nitfghu Malta, ipprofittajt ruhi minn din it-tradizzjoni li taghti Ghar ta’ Kalipso lill-Mellieha ukoll.

644 Ghannej Ghama: Omero.

656 Chambray: Il-fortizza li nbniet fi zmien il-Gran Mastru Pinto, bhala kenn ghan-nies ta’ Ghawdex f’kaz ta’ invazjoni. Il-Kavallier De Chambray hareg minn butu s-somma ta’ 40,000 skud ghall-bini ta’ din il-fortizza. Ghalhekk baqghet imsemmija ghalih.

661 It-Torri: ta’ Mgarr ix-Xini. F’din id-dahla ghadek tista’ tara l-imrabat fejn il-kavallieri kienu jorbtu x-xwieni taghhom.

686-690 Ghar ix-Xih issibu kif tohrog mill-misrah ta’ Limbert. Jghidulu hekk ghas fih ix-Xih, jew Imhallef, kien jaghmel gustizzja. Kien hemm gebla li kienet isservi ta’ tron, li xi nies bla ghaqal gerbu ghal gol-Wied. Ftit ‘l hinn minn Ghar ix-Xih hemm gherien li dari kienu jservu ta’ habs. It-taghrif fuq din it-tradizzjoni hadtu minn ghand s-Sur Lawrenz Zammit Haber, tax-Xewkija, u minghand is-Sur Manwel Mercieca, tar-Rabat, Ghawdex. Dan ta’ l-ahhar kellimni wkoll fuq it-tradizzjoni li tghid li that il-knisja ta’ San Frangisk tar-Rabat hemm gherien fejn darba kienu joqoghdu l-Eremiti. Kiteb fuq Ghar ix-Xih il-Patri Manwel Magri S.J., f’Ruins of a Megalithic Temple at Xewchia. Gozo, 1906.

714 Tletin elf fjorin: Fl-1427 meta l-Maltin, b’sagrificcji kbar tal-poplu kollu, kbar u zghar, gabru din is-somma, kbira hafna ghal dak iz-zmien, biex jifdu ‘l Malta minn that idejn Gonsalvo Monroi. Id-deputazzjoni Maltija li marret ghand ir-Re Alfonso f’din l-okkazjoni giet milqugha bl-unuri kollha f’Palermo fit-3 ta’ Jannar, 1427. Ir-Re ta lir-rapprezentanti diploma li fiha sejjah lil Malta “Membrum insigne” tas-saltna, u stqarr li l-Maltin kienu jistghu jirrezistu mqar bil-vjolenza u b’rivoluzjoni kontra min jipprova jisirqilhom id-drittijiet taghhom ghal-liberta. Kien minn din l-okkazjoni ‘l hawn li l-belt ewlenija ta’ dak iz-zmien giet imsejha bl-isem “Rbs Notabilis” jew “Citta’ Notabile”, flok l-isem Mislem ta’ Mdina.

718 Ghogol tad-Deheb: Ighidu n-nies tax-Xewkija li fir-rahal taghhom ghammru l-ewwel abitanti ta Ghawdex. Fl-inhawi ta’ fejn tinsab il-knisja parrokjali kien hemm fl-antik tempju bhal dak ta’ Hagar Qim u l-Ggantija. Tghid it-tradizzjoni li n-nies li kienu f’dan it-tempju semghu lehen San Pawl li kien qieghed jippriedka l-Vangelu f’Malta. Gebel minn dan it-tempju, ighidilna l-Patri Manwel Magri S.J. (Op. cit), tkisser ghall-bini ta’ hitan tas-sejjieh, u anki ghall-bini tal-knisja parrokjali ta’ qabel dik li ghadha kif tlestiet f’dan ir-rahal. F’hafna nhawi ta’ Ghawdex jinghad li hemm mohbi ghogol tad-deheb; biex ma nsemmix dak li x’uhud ighidu li hemm midfun f’wied ta’ that Selmun, f’Malta. Kien hemm zmien meta hasbu li f’Ghawdex hemm minjiera tad-deheb. Imma d-deheb ta’ niesna mhux hlief il-Fidi, li m’hemmx bzonn thaffer ghaliha!

723 L-isbah wied: Wied il-Lunzjata.

737 San Frangisk ta’ Assisi

740 L-eremti: hemm tradizzjoni li tghid li that il-knisja ta’ San Frangisk, fil-belt Vittorja, Ghawdex, go gherien darba ghammru l-ewwel Frangiskani li gew f’din il-gzira. (Ara n-nota ghall-versi 686-690)

Advertisements

Read Full Post »

 theYd

http://www.gutenberg.org/files/1719/1719-h/1719-h.htm

…….

And a voice came human but high up,
Like a cottage climbed among
The clouds; or a serf of hut and croft
That sits by his hovel fire as oft,
But hears on his old bare roof aloft
A belfry burst in song.

“The gates of heaven are lightly locked,
We do not guard our gain,
The heaviest hind may easily
Come silently and suddenly
Upon me in a lane.

“And any little maid that walks
In good thoughts apart,
May break the guard of the Three Kings
And see the dear and dreadful things
I hid within my heart.

“The meanest man in grey fields gone
Behind the set of sun,
Heareth between star and other star,
Through the door of the darkness fallen ajar,
The council, eldest of things that are,
The talk of the Three in One.

“The gates of heaven are lightly locked,
We do not guard our gold,
Men may uproot where worlds begin,
Or read the name of the nameless sin;
But if he fail or if he win
To no good man is told.

“The men of the East may spell the stars,
And times and triumphs mark,
But the men signed of the cross of Christ
Go gaily in the dark.

“The men of the East may search the scrolls
For sure fates and fame,
But the men that drink the blood of God
Go singing to their shame.

“The wise men know what wicked things
Are written on the sky,
They trim sad lamps, they touch sad strings,
Hearing the heavy purple wings,
Where the forgotten seraph kings
Still plot how God shall die.

“The wise men know all evil things
Under the twisted trees,
Where the perverse in pleasure pine
And men are weary of green wine
And sick of crimson seas.

“But you and all the kind of Christ
Are ignorant and brave,
And you have wars you hardly win
And souls you hardly save.

“I tell you naught for your comfort,
Yea, naught for your desire,
Save that the sky grows darker yet
And the sea rises higher.

“Night shall be thrice night over you,
And heaven an iron cope.
Do you have joy without a cause,
Yea, faith without a hope?”

Even as she spoke she was not,
Nor any word said he,
He only heard, still as he stood
Under the old night’s nodding hood,
The sea-folk breaking down the wood
Like a high tide from sea.

He only heard the heathen men,
Whose eyes are blue and bleak,
Singing about some cruel thing
Done by a great and smiling king
In daylight on a deck.

He only heard the heathen men,
Whose eyes are blue and blind,
Singing what shameful things are done
Between the sunlit sea and the sun
When the land is left behind.

……..

 

 

chesterton

 

 

 

Read Full Post »